Ċittadin Vassalli Promo - Video
PUBLISHED:  Mar 20, 2014
DESCRIPTION:
Producer: Teatru Manoel
Venue: Teatru Manoel
Price: €10 - €25

This is a new Maltese play presented as part of the "Staġun tat-Teatru Malti 2014".

Adapted by Tyrone Grima and directed by Mario Philip Azzopardi, it deals with the life of Mikiel Anton Vassalli. Through the life and works of the celebrated Maltese philosopher and lingiust, comes this contemporary work on the Maltese identity and the Maltese soul.

Schedule:
Friday, 11 April 2014 20:00
Saturday, 12 April 2014 20:00
Sunday, 13 April 2014 20:00

Minn dawn li ġabulkom JIENA NĦOBB INTI TĦOBB, tasal il-produzzjoni l-aktar spettakolari tal-2014, ĊITTADIN VASSALLI b'kast mill-ifjen.

Mario Philip Azzopardi jidderiġġi l-iskript oriġinal imsawwar minn Tyrone Grima. Mario Philip Azzopardi jerġa jidderiġi fit-Teatru Manoel wara s-suċċessi ta' Sulari fuq Strada Stretta u Xbihat ta' Xi Wħud li huma Kattoliċi.

Sean Buhagiar jirritorna bħala attur biex ikun Mikiel Anton Vassalli. Imbagħad iżżejnu l-palk wħud mill-kolonni tat-teatru lokali fejn Insibu wkoll ir-ritorn għat-Teatru Manoel ta' John Suda bħala Francesco Saverio Caruana, Mario Micallef bħala Dun Mikiel Scerri u Godwin Scerri bħala l-Granmastru Emmanuel De Rohan. Ray Calleja jerġa lura biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lil karattru kontroversjali ta' Bosredon de Ransijat u Larissa Bonaci se tkun Katerina de Fremaux, il-mara ta' Vassalli. Edmond Vassallo se jġib il-Napuljun lura Malta.

Jikompletaw il-kast Ninette Micallef, Natalie Micallef, Kris Spiteri, Charles Grech, Michael Sciortino, Manwel Cassar, Aldo Zammit. Se jkun hemm anke x-xogħol fiżiku ta' Marco Calleja, Sean Briffa u David Bianco li se jkompli jsaħħaħ is-sinsla ta' din il-produzzjoni - l-ispettaklu!

Tistennew xejn aktar ħlief spettaklu mill-aktar kulurit. Id-disinn tas-sett huwa ta' Adrian Mamo, filwaqt li d-disinn tal-make-up huwa ta' Jackie Grima u dak tal-kostumi ta' Luke Azzopardi.

Din is-sena tfakkar il-250 sena' anniversarju mit-twelid ta' Mikiel Anton Vassalli li ġġieled għal Malta indipendenti mill-Kavallieri u huwa kkunsidrat ukoll bħala missier l-ilsien Malti. Kien figura kontroversjali fi żmienu, mitfuħ il-ħabs kemm mill-kavallieri u kemm mill-Ingliżi għall-ħsibijiet radikali tiegħu. Il-viżjoni tiegħu ta' Malta libera ma kienitx apprezzata mil-Maltin taż-żmien, li ma emmnux li Malta setgħet tfendi waħedha u preferew li l-barranin imexxu l-Maltin. Ċittadin Vassalli huwa dramm li jisfida din l-istorja ta' rivoluzzjoni, tradimenti imħabbiet u jaqbada u jagħmila spettaklu li jipprova jara il-Vassalli mill-lenti tal-llum.
follow us on Twitter      Contact      Privacy Policy      Terms of Service
Copyright © BANDMINE // All Right Reserved
Return to top