09 Marija s-Sabiha (Il-passigata) - Video
PUBLISHED:  Mar 30, 2013
DESCRIPTION:
No Bling Show Full Album: http://soundsagacity.com/css016.html
LIRIKA AW TAHT:

Jon:

Kull filgħaxija fantażsija
Ta' Toni dieħel minn dawk it-twieqi.
Il-Messija jsalvaħha,
Jinħabb magħha tul dawn l-iljieli...

Imma llum ma felħitx iżjed,
B'hekk Marì hekk qamet kmieni,
Fetħet il-purtieri
U lemħet lil Toni jaħdem id-dwieli.

Inkiss inkiss telqet ''l isfel,
Mill-intrata għal ġol-ħamrija.
Din kienet id-dinja tagħhom,
Stqarrilha issa moħħ Marija.

U waqt li hu kien qed jiożsbor,
U hi bdiet hekk toqrob,
Ħarsithom iltaqgħu,
U dal-kliem bdiet hekk toħroġ:
"Kristu,
Ma kienx ir-ragħaj bil-bastun",
Qaltlu lill-ġardinar,
L-għaxqa biz-zappun,
Bit-tajn fiż-żarbun,
Fl-għalqa msallab,
Ħaj minn artu.
Mgħarraq bl-għaraq imxarrab...

Għasra!

Toni ċcaħad,
Għalkemm xi ħaġa kien hemm:
Għalkemm Kristu ma kienx hu,
Kien ħass bħal għafsa fl-intern,
Fil-masġar kien baqbaq id-demm,
Il-passiġġata kienet sagra
Qallha, bħal ħass ''l Alla jiħenn
Għaliha!

Lapes:

Il-passiġġata waslithom fej' dis-siġra kbira.
Marì issa għajjiena wara mixja twila.
Taħt is-siġra dina qagħdet mimduda fid-dell,
Hemm mixħuta fuq l-art qalb il-ħdura tixgħel.

Toni ra bħal qed jara id-deheb taħt ix-xemx taralu ftit xagħar abjad ileqq.
X'ħin imtedd qal, "Int id-dijja msawwra ġo wiċċek,
Il-Mulej ordnali nieħu dil-mawra ġo ġismek...
Mhux se tweġġa'...", reġa' qallha,
"Se tkun int li topponi ix-xewqa t'Alla?!"
U Marì qagħdet, b'hekk il-pjan kien suċċccess
U Toni ressaq idu lej' taħt id-dublett...

Narratur:
Qabel dik l-imbierka passiġġata fil-masġar, il-ħsibijiet kollha li kienu jiġu lil Marija kienu jduru madwar l-istess mistoqsijiet: Min kienet ommha u min kien missierha? U għalfejn għabbewlha das-salib tal-ħajja? Biex iumbagħad raddewlha ieħor?

Imma issa...issa mis-swied feġġċċ Toni u miegħu imħabbtu, b'hekk hi u miexja f'dal-wied mudlam, Marija ma tibżax mill-ħsara. Il-Mulej ir-ragħaj tagħha.

Il-passiġġata b'hekk ġiet riepetuta u bdiet kelmet
kullħadd bħal tiżdied għax issa Marì m'għadhiex deċeduta.
It-triq tkellmet fuqha, in-nies tkellmet għaliex is-sigriet
Xteredt: "Marì, minn tant nies, tilfet ruħha?!"

In-nies tnebbħet illi Marì kien nibet ġufha.
Tifla ta' erbatax li żgur kien wieħed stupraha.
Biss Marì qagħdet ma' li Toni kien qallha,
"Dit-tarbija l' għandek f'ġufek m'hi ta' ħadd ħlief t'Alla!"

Ħajr lil Dr. Phyllisienne Gauci u lil Dr. Robert Vassallo talli kienu l- qarrejja tal- provi tal- lirika ta l-album
follow us on Twitter      Contact      Privacy Policy      Terms of Service
Copyright © BANDMINE // All Right Reserved
Return to top