Kunċert Ġenerali Banda San Gabriel 12-12-2015 - Video
PUBLISHED:  Dec 12, 2015
DESCRIPTION:
Il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan ser ittellgħa l-Kunċert Strumentali ġewwa t-Teatru Manoel fil-Belt Valletta, taħt il-Patroċinju Distint tal-Eċċelenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 fis-7pm. Il-Banda San Gabriel ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Joseph Vella L.Mus. L.C.M., F.V.C.M. Dan il-Kunċert hu mtella` mill-Għaqda Każini tal-Banda fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużiċisti.

Il-Kunċert Mużikali jinkludi silta oriġinali u ġdida miktuba proprju din is-sena mis-Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel, li qed jiċċelebra l-25 sena minn meta ħa f’idejh it-tmexxija tal-istess Banda. Din is-silta jisimha ‘Fortitudo Dei’ (Il-Qawwa t’Alla) li juri l-motto tal-istess Soċjetà. Dan il-programm jinkludi wkoll siltiet minn Malta. Dawn is-siltiet huma nklużi f’dan il-kunċert biex il-Banda San Gabriel tagħti ġieħ l-450 sena mill-Assedju kif ukoll tonora lill-kompożituri Maltin f’dan il-Kunċert Strumentali ġewwa t-Teatru Manoel. Inżidu novità oħra lokali meta f’silta mużikali ser jindaqqu strumenti li mhux isoltu naraw mall-Banda tradizzjonali Maltija fosthom il-vjolin, il-pjanu u strument tipikament tradizzjonali Malti li hu ż-Żaqq, li jingħaqdu flimkien mal-istess Banda San Gabriel. Tieħu sehem ukoll is-Sopran Marita Bezzina.

Il-Każin tal-Banda San Gabriel għalhekk jixtieq iħeġġeġ lid-dilettanti tal-mużika u l-pubbliku in ġenerali, sabiex isegwu din l-attività u ohrajn fuq www.stgabrielbandclub.com/teatru-manoel.html jew inkella billi jgħamlu like fuq il-facebook page tal-Każin.
follow us on Twitter      Contact      Privacy Policy      Terms of Service
Copyright © BANDMINE // All Right Reserved
Return to top